Żagħżugħ Malti ta’ 17-il sena li kien qed isuq illegalment fil-Polonja, tilef il-kontroll ta’ vettura tat-tip Mercedes u laqat ċiklist ta’ 77 sena li sfortunatament tilef ħajtu.
Il-każ seħħ f’Bielawa, qrib Varsavja, meta l-Malti tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq hekk kif ġie f’liwja. Kien hawn li ġibed għall-ġenb u baqa’ dieħel dritt fuq iċ-ċiklist. L-inċident seħħ il-Ħadd li għadda, bl-anzjan li miet fil-post.
Waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, iż-żagħżugħ ġie arrestat. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju taż-żona Jarosław Sawicki ddikjara li l-Malti ma kellux liċenzja u lanqas dritt li jsuq.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-Malti la kien fis-sakra u lanqas taħt l-effett ta’ xi droga.
Ritratt: TVN24
//= $special ?>