Mewġa ta’ kundann għall-att vandalu li sar matul il-lejl li għadda fuq bust ta’ personaġġ maħbub Qormi Ġorġ Żammit kif ukoll fuq bus stop, wara li persuna jew persuni mhux magħrufa tefgħu żebgħa u qatran fil-ġnien li hu msemmi għall-istess awtur.
Il-ġnien jinsab fi Triq l-Imdina, int u sejjer lejn Ħaż-Żebbuġ.
Dwar dan l-att ta’ vandaliżmu diġa’ sar ilment formali mill-Kunsill Lokali mal-Pulizija. Fil-fatt, qed tintalab investigazzjoni immedjata.
Il-Kunsill ta’ Ħal Qormi qed jappella sabiex min għandu xi tagħrif dwar dan l-att, jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija.
//= $special ?>

