Lokali

“Hu l-Gvern li qed joħloq il-faqar finanzjarju” – Adrian Delia

Filwaqt li n-negozjant qed joħloq il-ġid, il-Gvern hu dak li qed joħloq il-faqar finanzjarju.

Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attivita’ bit-tema “L-isfida tal-Faqar f’Malta” li saret fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista f’Birkirkara.

Adrian Delia qal dan fid-dawl li r-rata ta’ dawk il-persuni li qed jinzlu fil-faqar qieghed dejjem jizdied.

Dwar il-qasam tal-Housing socjali il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-unika informazzjoni li nafu sa issa, hi li din se tkun serqa certa.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan huwa Gvern li qed jippjana biex jiehu d-djar tal-anzjani taghna.

Il-Kelliem tal-Oppozizzjoni dwar il-faqar, Ivan Bartolo, sostna li hawn bosta kazijiet ta’ persuni li qed jghixu go garaxx minhabba li ma jifilhux ilahhqu mal-gholi tal-hajja.

Hu sostna li ċifri tal-Eurostat ikomplu jikkonfermaw li, minkejja li l-ekonomija qed tikber, dan it-tkabbir żgur li mhux imur fil-bwiet tal-haddiema, u dan bil-konferma ta’ cifri mibghuta mill-Gvern stess.

Michael Grech, lecturer fil-Junior College, sostna li ħafna drabi l-inċidenza ta’ sterjotipi fil-konfront ta’ persuni li jgħixu f’riskju ta’ faqar tizdied. Dan zgur li ma jghix lil min jinsab f’sitwazzjonijiet diffiċli.

Tkellem ukoll il-President tal-APAN, it-tabib Mario Rizzo Naudi li sostna li huwa importanti li l-anzjani taghna jkollhom dhul sostenibbli li jwassalhom sal-ahhar tax-xahar sabiex jghixu hajja dicenti minghajr ma jiccahdu mil-affarjiet bazici.

Preżenti wkoll numru ta’ deputati, kandidati tal-Partit Nazzjonalista u attivisti tat-tmien distrett elettorali.