Kultura Lokali Mużika

Il-Banda San Lawrenz b’kunċert fil-Forti Sant’Anġlu

Kunċert li fakkar il-135 Anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel banda Vittoriosana

Birgu Spring Concert huwa l-isem tal-Programm Mużikali Annwali li s-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Birgu se ttella’ llejla fit-8pm ġewwa l-Forti Sant’ Anġlu biex tfakkar il-135 anniversarju tagħha.

Il-banda, li se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Jonathan Abela, se tesegwixxi għadd ta’ siltiet mużikali mpenjattivi, fosthom Nabucco ta’ Giuseppe Verdi, Emperor Waltz ta’ Johann Strauss II u Saint Angelo, kompożizzjoni tal-istess Surmast Direttur. Din il-kompożizzjoni hija fost kullana ta’ siltiet ġodda fjamanti miktuba minn kompożituri fi ħdan l-ewwel banda tal-Birgu li se jindaqqu llejla.