Lokali Parlament

Il-Ministru Abela ammetta li uża ħaddiem tal-Gvern għal xogħol fid-dar tiegħu

Ma jipprovdix irċevuta fiskali tax-xogħol iżda jipprovdi biss irċevuta tal-materjal

Il-Ministru għll-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ammetta fil-parlament li uża ħaddiem tal-Gvern biex jagħmel xogħol ta’ twaħħil ta’ tinda fid-dar tiegħu.

Wara li fis-seduta tal-bieraħ, il-Ministru Abela naqas milli jagħmel stqrarija fuq dan il-każ, illum il-Ministru Abela qam jitkellem dwar dan il-każ fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.

Il-Ministru Carmelo Abela qal li l-każ bea wara li l-mara tiegħu tkellmet ma’ ħabib tat-tfulija li kien mgħallem ta’ numru żgħir ta’ ħaddiema li kienu jagħmlu xogħol manwali fil-ministeru fejn hu kien qabel. Id-diskussjoni kienet ta’ mara dwar id-dar u saret ma’ dan il-ħaddiem minħabba li s-Sinjura Abela ma setgħetx titkellem miegħu minħabba li hu impenjat kontinwament fil-ħidma ministerjali tiegħu bħala politiku u ma jagħtix kas id-dar.

Il-Ministru Abela qal li d-diskursata kienet bla intenzjoni ta’ xejn għaliex il-persuna kien ħabib tal-familja mit-tfulija. Waqt id-diskursata, meta ssemma’ li l-mara tixtieq tagħmel tinda fuq il-bejt minħabba x-xemx, sar suġġeriment mill-istess persuna biex isiru x-xogħlijiet. Fl-aħħar ġrenet dan il-persuna qed jikkomunika ma’ The Times fejn hu allegat li persuna li kien jaħdem miegħu seta’ jagħmel ix-xogħol bi struttura tal-injam minħabba dan kien mastrudaxxa.

Qbilna li din it-tinda issir tal-injam. La kien suġġerit li wieħed mil-ħaddiema jagħmel dan ix-xogħol wara l-ħin tax-xogħol tiegħu tqabbad hu, qal il-Ministru Abela, li kompla li l-koppja Abela talbet stima għat-tinda. Darba tard waranofsinhar il-ħaddiem ġab il-materjal u s-sibt filgħodu mar iwaħħal it-tinda.
Il-Ministru Abela qal li dan il-ħaddiem qatt ma kien ordnat jagħmel dan ix-xogħol la bilfors u lanqas waqt il-ħin normali u kien hu li aċċetta li jagħmel dan ix-xogħol. Qatt ma intqal lilu li jagħmel ix-xogħol waqt il-ħin tax-xogħol.

Il-Ministru Abela ppreżenta l-irċevuti jammontaw għal €327. Il-Ministru Abela qal li l-ħaddiem insista li ma riedx ħlas iżda l-koppja insistiet li dan jitħalls u żdied ammont għall-materjal.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li din kienet stqarrija ministerjali u kompla li l-Ministru inkixef li b’abbuż uża ħaddiema tal-gvern fl-2015; ftit xhur biss wara li hu kien sar Ministru tal-Intern għall-ewwel darba.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ministru Abela mill-ewwel abbuża billi uża ħaddiema tal-Gvern fid-dar privat tiegħu. Hu talab lill-Ministru Abela jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-ġudizzju żbaljat u jaċċetta li issir inkjesta indipendenti dwar il-każ.

Il-Ministru Abela qal li dwa ril-każ saret talba mis-Segretarju Permamneti Ewlieni Mario Cutajar għaliex issemew uffiċjali ta’ ministru li hu kien responsabbli minnu. Jirriżulta li Mario Cutajar talab lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Intern biex jagħmel stħarriġ fuq l-allegazzjoni.

Fir-rapport li sar irriżultaw fatti li jistabilixxu li lill-uffiċjali tal-ministeru ma kinux jafu bix-xogħlijiet, li x-xogħolijiet saru minn uffiċjal pubbliku iżda wara l-ħinijiet tal-uffiċċju u f’sibt, li ma tħallset l-ebda sahra għax-xogħol li sar għand il-Ministru Abela, li ma sar l-ebda ħlas ta’ xi materjal li ntuża minn fondi pubbliċi, li kien impjegat wieħed biss li ħadem dan ix-xogħol, li l-manifattura tat-tinda ma saritx fil-Ministeru jew f’xi garaxx li jappartjeni lill-Gvern, li ma ntużax apparat tal-Gvern u li ma ntużax trasport tal-Gvern biex ikun trasferit il-materjal iżda ntużat vettura privata.

Simon Busuttil qal li l-Ministru Carmelo Abela ammetta li uża ħaddiema tal-gvern u sostna li l-irċevuta ma itnkludi xirċevuta tax-xogħol iżda għall-materjal biss. Hu staqsa kemm ħallas għax-xogħol u fejn hi l-irċevuta fiskali għax-xogħol li sar.

Il-Ministru Abela wieġeb li hu poġġa l-evidenza li l-materjal tħallas, spjega kif sar ix-xogħol u poġġa dokument li rrifera għalih iktar qabel. Hu qal li l-ħaddiem ħadme wara x-xogħol għax il-ħaaddiema jistgħu jaħmdu wara x-xogħol għlal-flus jew bħala hobby.