Il-mara tal-Kap tal-PN, l-avukat Nickie Vella de Fremaux dalgħodu attendiet għal attivita’ li tagħmel parti mill-kampanja #StopStigma. Din l-attivita’ ġiet imtella minn studenti tal-aħħar sena tan-Nursing fis-saħħa mentali u kienet eżercizzju ta’ outreach mal-pubbliku sabiex ikompli jizdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali f’pajjiżna.
Matul l-attivita’ ta’ dalgħodu, li saret fix-Xatt ta’ Bormla, membri tal-pubbliku setgħu jitkellmu ma’ dawn l-istudenti u jistaqsu dwar diveri suġġetti relatati mas-saħħa mentali, iżda wkoll ma’ temi oħra li jistgħu ikollhom effetti fuq is-saħħa mentali – temi bħal użu ta’ sustanzi, l-obesita’ u t-tipjip. Kien hemm ukoll fuljetti informattivi relatati ma’ l-istess temi.
Fil-post, kien hemm unit fejn wieħed seta’ jkellem lil dawn l-istudenti u anke professjonisti b’mod kunfidenzjali.
Nickie Vella de Fremaux tkellmet dwar l-importanza ta” kampanji bħal #StopStigma u faħħret is-sehem ta’ dawn l-istudenti. Hi ħegġet lil kull min irid infomazzjoni jew iħoss li ghandu bżonn xi tip ta’ għajnuna biex ikellem lit-tabib tiegħu jew professjonist oħra f’dan il-qasam.
It-tabib Stephen Spiteri, kelliem tal-PN tas-Sahha, attenda wkoll għall din l-attivita’. Hu faħħar din l-inizzjattiva u qal li kull għajnuna li tingħata lil persuna bi problema ta’ saħħa mentali hija għajnuna lis-soċjeta’.
#StopStigma se tkun qed ittella’ iktar attivitajiet bl-għan li jikber l-għarfien dwar is-saħħa mentali, fosthom kunċert bl-isem ta’ ‘This is me – Celebrating mental health through the arts’ fejn ser jipparteċipaw diversi artisit b’forom ta’ arti differenti. Il-kunċert se jsir nhar it-Tlieta 12 ta’ Ġunju fis-Sala Sir Temi Zammit u d-dħul se jkun b’xejn.
//= $special ?>