Kurżitajiet Lokali

L-umbrelel taż-Żabbarin jingħalqu…għalissa

Previst li r-riħ inaqqas sa nhar is-Sibt fil-jum tal-attivita'

Minħabba li r-rapport tat-temp qed jindika li ġej rih qawwi, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar iddeċieda li l-umbrelel li ġew installati fl-aħħar jiem jingħalqu b’mod temporanju. Fi stqarrija ntqal li ladarba jikkalma r-riħ l-umbrelel jerġgħu jinfetħu.

B’kollox ġew armati mal-1,500 umbrella bi preparazzjoni għall-avveniment Crossroads ta’ nhar is-Sibt li ġej.

L-umbrelel saru grazzi għall-ħidma tal-Grupp Armar, is-Soċjeta Filarmonica Maria Mater Gratae u l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikel.