Lokali

RITRATT: Jitressaq il-Qorti ż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li tajjar u qatel ċiklist fil-Polonja

Il-komunita' Maltija fil-Polonja tinsab imħassba

Inżamm arrestat iż-żagħżugħ Malti li l-Ħadd tajjar anzjan bil-karozza fil-Polonja, qrib ħafna ta’ Varsavja.

NET NEWS ilbieraħ irrapporta kif il-Malti tilef il-kontroll ta’ vettura tat-tip Mercedes u laqat ċiklist ta’ 77 sena li sfortunatament tilef ħajtu. Il-karozza kienet mikrija.

Il-każ seħħ f’Bielawa, qrib Varsavja, meta l-Malti tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq hekk kif ġie f’liwja. Kien hawn li ġibed għall-ġenb u baqa’ dieħel dritt fuq iċ-ċiklist.

Skont l-istħarriġ li sar, kien konfermat li l-Malti ma kellux dokumenti biex isuq vettura għax kien taħt l-eta’. Għalhekk il-Qorti iddeċidiet li jinżamm arrestat għal mill-inqas xahrejn, sakemm ikompli l-każ.

Il-media Pollakka qed tirrapporta li ż-żagħżugħ (ritratt) hu t-tifel ta’ negozjant Malti, u spiss ikun il-Polonja biex jara lil missieru.

Isem iż-żagħżugħ għadu ma kienx ppubblikat fil-media tal-Polonja.