Lokali Parlament Saħħa

Il-Gvern jibqa’ ma jaċċettax emendi tal-Oppożizzjoni

Il-Gvern qed ineħħi s-sinifikat li tarbija titwieled f'familja

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech sostna li s-soċjetà ċivili u l-Oppożizzjoni huma leħen wieħed qawwi jappella lill-gvern biex fil-liġi dwar l-IVF, il-ħajja tkun protetta mill-bidu tagħha. Quddiem dan l-appell, il-Gvern mhux jaċċetta l-porposti tal-Opożizzjoni għal-liġi dwar l-IVF.

Din id-dikjarazzjoni għamilha waqt l-ewwel seduta tal-Kumitat Parlamentari għall-Kunsiderazzjoni tal-Abbozzi li f’nofsinhar beda jitratta l-liġi tal-IVF. Fil-kumitat qed jipparteċipaw ukoll membri tas-soċjetà ċivili u għaqdiet. Il-Gvern mhux jaċċetta l-emendi li qed tressaq l-Oppożizzjoni u ftit qed tingħata informazzjoni dwar il-proċessi fosthom il-matching tal-embrijuni mal-ġenituri.

Stqarrija tal-PN

Il-PN innota kif il-Gvern, sfortunatament, m’aċċetta l-ebda emenda tal-Oppożizzjoni u baqa’ jinsisti fuq il-pożizzjonijiet tiegħu. L-Oppożizzjoni se tkompli tipparteċipa attivament fl-istadju ta’ kumitat sabiex tkun tista’ tressaq l-emendi rilevanti biex tkun tista’ tindirizza it-tħassib li tqajjem fuq id-diversi punti li ressqu kemm l-Oppożizzjoni kif ukoll is-soċjetà ċivili.

Fil-bidu tas-seduta, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ressaq emenda għal klawsola 2 dwar it-tifsira tal-embrijuni u l-ġenituri prsopettivi

Ir-rappreżentant ta’ Doctors for Life Dr Mamo qal li huma fehmu li l-proċess tal-adozzjoni għandu jkun wieħed li jgħaddi mill-proċess kollu b’mod regolari. Hu talab spjega dwar it-tessut ġerminali li jissemma fil-liġi u qal li huma qed jitkellmu dwar embrijuni u mhux tessuti.

Dr.Miriam Sciberras, mill-Life Netwwor Foundation, qalet li l-embrijuni għandhom ikunu adottati f’każi fejn tkun se tiġi slavata l-ħajja għaliex din hi diskussjoni dwar il-ħajja u l-bniedem. Hi sostniet li l-mara m’għandhiex issir oġġett għax fil-liġi qed tintuża l-kelma riċevitur. Dr.Miriam Sciberras staqsiet fejn se jinżammu l-embrijuni u x’garanziji se jkun hemm dwarhom minħabba li dawn se jinżammu wkoll fil-privat.

Gabriella Callejja, mid-Diettorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, qalet li l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tal-embrijunji m’għandhomx isegwu l-istess proċeduri bħal dawk tat-tfal għaliex hemm distinzjoni bejn embrijun u tifel li diġà twieled.

Id-deputat Nazzjonalista Caludio Grech qal li din hi kalwsola li tiddeterimna l-bqija tal-Att u għalhekk il-prinċipji li qed jiddaħħlu jridu jkunu diskussi weħidhom. Hu qal li l-Oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili ma jaqblux li għandha tiddaħħal l-adozzjoni tal-embrijuni.

Dan hu kompromess insensittiv biex ikun jista’ jiddaħħal l-iffriżar tal-embrijuni u hi miżura li bihal-gvern irid jibqa’ jimbotta l-proposti tal-iffriżar tal-embrijuni minħabba s-surplus u qiegħed jipprovdi għall-adozzjoni tal-embrijuni. L-Oppożizzjoni qed titlob li din it-tifsira u klawsola titħassar għaliex din mhix fl-interess tat-tfal; li għandhom ikunu prioritarju.

Dwar id-donazzjoni tal-embrijun, Claudio Grech qal li donazzjoni lanqas biss tirreferi għal adozzjoni u għalhekk l-Oppożizzjoni qed tipproponi li titħassar it-tifsira ta’ donazzjoni ta’ embrijun. Il-Gvern daħħal definizzjoni ġdida ta’ prokreazzjoni assistita b’mod mediku fejn il-gvern irid jinkludi dak kollu li jrid jinkludi.

L-Oppożizzjoni qed tipproponi li din id-definizzjoni ġdida titneħħa u titħalla kif kienet. Il-Gvern bidel ukoll id-definizzjoni ta’ ġenitur prospettiv fejn neħħa l-prinċipju li tarbija għandha titrabba f’unjoni. Il-Gvern qed idaħħal il-kunċett ta’ persuna waħda li trabbi tarbija.

Il-Gvern qed ineħħi s-sinifikat li tarbija titwieled ġo familja u unjoni iżda l-Gvern qed irendi din is-sitwazzjoni bħala sekondarja. L-Oppożizzjoni tifhem li llum hemm forom ta’ familji u għalhekk id-definizzjoni ta’ ġenitur prospettiv tneħħi l-kliem ‘tas-sess oppost’ iżda mhux aċċettabbli l-gvern jippromwovi l-prinċipju li tarbija titwieled barra unjoni familjari.

Il-Parlament m’għandux jibgħat messaġġ li l-familja m’għadha tfisser xejn. Kull wild għandu jkollu l-opportunità li jitwieled ġo kunċett ta’ familja, unjoni ċivili jew għand żewġ persuni f’relazzjoni stabbli. Fid-definizzjonijiet għandu jiddaħħal ukoll id-definizzjoni ta’ infertilità biex isiru l-isforzi kollha biex u l-ġenituri prospettivi b’kundizzjoni ta’ infertilità jingħataw l-għajnuna kollha possibbli għall-IVF mingħajr ma jippreġudikaw il-ħajja jew id-dinjità tal-bniedem.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li d-drittijiet tat-fal u l-valur tal-ħajja għandhom jinżammu bħala prijorità. Kien hemm vuċi qawwija mis-soċjetà ċivili u mill-Oppożizzjoni biex il-ħajja tkun rispettata. Hu qal li l-emendi tal-Gvern ingħataw lill-Oppożizzjoni f’inqas minn 48 siegħa ilu.

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-prinċipji tal-gvern huma ċari li għandu jkun offrut l-aqwa servizz mediku lil kull min hemm bżonn. M’għandux ikun hemm diskriminazzjoni dwar orjentazzjoni sesswali, sostna l-Ministru tas-Saħħa, li kompla li l-emendi li qed iressaq il-gvern huma riżultat tad-diskussjoni fil-pajjiż fl-aħħar xahrejn. Il-Gvern mhux lest jiċċaqlaq mill-prinċipji tiegħu biex iktar persuni jsiru ġenituri, jingħata l-aħjar servizz mediku, ma jsirux diskriminazzjoni u l-ħajja tkun rispettata mill-bidu.

Id-deputat Prim Ministru qal li l-gvern mhux se jiddiskrimina ma’ min għandu problemi mediċi biex ikollu t-tfal. Illum diġà hawn embrijuni iffriżati fil-pajjiż.

Simone Attard, id-Direttur tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, qalet li l-ewwel embrijuni f’Malta kienu iffriżati fl-2016 wara li kien hemm talba. Hi sostniet li l-protokolli diġà qiegħdin f’posthm u l-kliniċi huma fornuti bid-dokumenti magħmula mill-Awtorità. F’Mater Dei hemm tliet embrijuni u kien hemm ħamsa biż-żewġ embrijuni l-oħra jkunu trasferiti lura. Il-proċess hu l-istess bħall-adozzjoni.

Wara intervent tad-deputat Prim Ministur Chris Fearne, id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech ipporpona li ġenitur prospettiv ikun definit bħala koppja li hi marbuta f’rabta ta’ żwieġ, unjoni ċivili jew realzzjoni stabbili. Għandu jkun definit ukoll il-kundizzjoni marbuta mal-infertilità. Hu qal li jekk il-gvern jaqbel ma’ din il-proposta, jista’ jkun hemm bqil bejn il-Gvernu l-Opożizzjoni.

Claudio Grech qal li l-Gvern irid jagħmel l-adozzjoni tal-embrijuni biex jissodisfa l-ideat li għandu. Hu ressaq emenda lill-Gvern f’dan is-sens.

Id-deputat Prim Ministru qal li l-Gvern għandu l-emendi tiegħu u se jsostnihom.

Claudio Grech talab il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-emendi bil-Ministru Ferane ma jirrimarka xejn ħlief li l-Gvern mhux jaċċetta l-emendi tal-Oppożizzjoni. Claudio Grech qal li l-emendi tal-Oppożizzjoni huma intenzjonati biex tingħata saħħa lill-familja. Hu qal li l-Oppożizzjoni temmen li trabi li għad iridu jitwielddu għandhom jitwieldu ġo koppja. Dan l-ebda mod ma jonqos miċ-ċirkostanzi ta’ single parent.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-proposta tal-Oppożizzjoni mhix teffettwa lis-single parents tal-lum jew li dawn għandhom xi ħaġa nieqsa iżda l-liġi għandu jkollha l-interess ewlieni tat-tfal biex dawn jitwieldu f’koppja.

Id-Deputat Prim Ministru qal li mhux kull isngle mother li għandha trabija se jkollha bżonn l-IVF għaliex hawn min jagħel familja bħala single parent. M’għandux ikun hemm distinzjoni lil min tingħata l-kura medika. Il-Gvern jemmen li l-persuni li jridu jkollhom tabrija iżda ma jistgħux u jieħdu trattament mediku għandhom ikunu mgħejjuna.

Cludio Grech qal li l-liġi diġà titkellem fuq koppja f’relazzjoni stabbli u sostna li l-interess tal-gvern mhux tat-tfal iżda tal-individwu. Il-Gvern mhux lest jaċċetta li jkun hemm il-kundizzjoni tal-infertilità? staqsa Claudio Grech.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li m’hemmx bżonn ta’ ripetizzjoni ta’ definizzjonijiet.

id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tkellem dwar is-single parents u qal li jrid ikun hemm skrutinju dwar is-single parents li jirdu jsiru ommijiet bla ma jiffurmaw familja.

Il-Ministru Chris Fearne qal li hmem il-kumitati tekniċi li jagħmlu dan ix-xogħol. Id-Direttur tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni Simone Attard qalet li l-koppji jgħaddu minn counseling u l-istess se jsir f’każi ta’ single parents.

Claudio Grech appella lill-Gvern biex l-addozzjonijiet isiru skont il-Kodiċi Ċivili.

Iċ-Chairman Stefan Zrinzo Azzopardi ressaq l-emenda tal-Oppożizzjoni li m’għaddietx b’erba’ voti kontra u tliet voti favur. L-emenda tal-Gvern għal klawsola numru 2 għaddiet b’erba’ voit favur u tlieta kontra. Klawsola numru 2 kif emendata kienet appvobata b’erba’ voti favur u tlieta kontra.

Il-kumitat beda jiddiskuti klawsola tlieta li titratta l-embrijuni flok ċelloli ta’ bajd iffriżat, ir-resġitru tal-IVF u donazzjoni ta’ ċelloli u l-ġenituri prospettivi.

Dr.Jose Mamo, minn Doctors for Life, qal li huma jixtiequ li jkun hemm il-garanziji skont il-Kodiċi Ċivili għaliex m’għandux ikun hemm differenzi fl-addozzjonijiet bjen tfal u embrijuni. Għandu jkun iċċarat li l-garanziji tal-Att Ċiivli huma fis-seħħ.

Dr.Miriam Sciberras qalet li hi inkwetata li d-donazzjoni tal-embrijuni għandha tkun fl-eċċezzjonijiet u mhux b’għażla għax il-bnedmin ma jingħtawx b’għażla.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech tkellem dwar il-matching biex jitqabblu ġenituri prospettivi mal-embrijuni u staqsa kif dan se jsir.

Simone Attard, id-Direttur tal-Awtorità, tkellmet kif dan isir barra minn Malta u qalet li jkunu kkunsidrati karnaġġjon. Il-koppja tista’ tagħżel x’tixtieq li taddotta. Fil-bank ikun hmem l-informazzjoni dwar minn fejn inħoloq l-embrijun u jsir tqabbil mal-koppja. Dwar il-pro-filing, Simone Attard qalet li dan ikun definit ifl-protokoll Malti li se jsir.

Id-deputat Prim Ministru Fearne qal li f’pajjiżi barranin l-proċess hu li min ikun ta l-gamiti jew l-embrijun jimla kwestjonarju dwar il-persuni inkluż il-karatteristiċi fiżiċi.

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-għażla fost l-embrijuni tkun qed iżżid id-diskriminazzjoni wara li dawn ikunu diġà fil-friża. Hu staqsa min se jiddeċiedi; il-koppja jew l-Awtorità?

Simone Attard qalet li se tkun il-koppja flimkien mal-kliniċi li se jiddeċiedu u wara jmorru għand l-Awtorità.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat intervjena u qal li wieħed mill-punti prinċipali hi li d-diskussjoni hi dwar ħajja. Tarbija u embrijuni huma l-istess ħaġa u l-istess mod li jun adottat embrijun għandu jkun l-istess bħal dak ta’ tarbija. Dan isir wara li jsir counselling. Se jkun hemm gwida ta’ kif isir il-matching.

Claudio Grech sostna li l-intervent tal-Prim Ministru jikkonferma l-ħtieġa li jkun hemm l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Ċivili fl-adozzjonijiet tal-embrijuni u tat-tfal; l-istess.

L-Avukat Ġenerali Peter Grech qal li l-embrijun m’għandux ċertifikat tat-twelid u għalhekk qed ikun hemm il-proposta li l-adozzjoni tal-embrijun tmur quddiem il-Bord li ma jistax ikollu l-formalitajiet kollha tal-persuni li twieldu diġà għaliex is-sitwazzjoni hi differenti.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech staqsa jekk embrijun donat hux se jkollu dritt li jkun jaf min hu l-ġenitur tiegħu.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li kull wild li jkun irid – meta jagħlaq 18-il sena – se jkollu d-dritt li jkun jaf min huma l-ġenituri tiegħu.

Għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, l-Avukat Ġenerali Peter Grech qal li jidher li m’hemmx konflitti jew ksur tad-Drittijiet tat-Tfal fil-liġi kif imressqa.

Dwar l-anonimat, Dr.Miriam Sciberras qalet li t-tfal għandhom dritt ikunu jafu u għandhom jitrabbew mill-ġenituri bijoloġiċi tagħhom sa dejn hu possibbli. It-tfal isofru meta ma jkunux jafu min huma l-ġenituri tagħhom. Mhux tajjeb li t-tfal ikunu jafu min huma l-ġenituri meta jkollhom 18-il sena għaliex huma jkollhom bżonn il-ġenituri meta jkunu żgħar. Dan jista’ jwassal biex it-tfal ikollhom kriżi ta’ identità.

Hi ppreżentat sitt emails ta’ persuni li tiwieldu min donazzjonijiet anonomi li jgħidu li hu diffiċli li ma jkunx jafu min huma ħuthom; lanqas hemm mezz kif isiru jafu min huma ħuthom. Hi staqsiet kif se jkun iċ-ċertifikat tat-twelid tal-persuni fl-anonimat. Ħafna pajjiżi qed iwaqqfu d-donazzjonijiet anonimi.

Pierre Schembri Wismayer mill-Univeristà ta’ Malta qal li t-testijiet ġenetiċi qed jinbidlu u ppropona li ż-żmien meta t-tfal isiru jafu għandu jkun ta’ 16-il sena u mhux 18-il sena.

Id-Deputat Prim Ministru wieġeb li l-Gvern qed jimxi fuq il-prinċipju tal-Fillandja fejn id-donatur ikun anonimu għall-ġenituri prospettivi u l-wild ta’ 18-il sena jista’ jkollu l-identità tad-donatur. Id-donatur qatt ma jkollu l-idenitità sakemm il-wild ma jmurx ifittxu. Hu qal li l-gvern ma jridx li fuq xi dokument pubbliku jkun hemm stabbilit li t-tifel ġie mill-IVF.

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li dan hu aspett riskjuż ħafna u għandu jkun speċifikat fil-counseling.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-adozzjoni tindirizza sitwazzjoni li nħolqot fis-soċjetà u hu att ta’ mħabba enormi iżda hawn qed jinħolqu surplus ta’ embrijuni u għalhekk l-adozzjoni qed titwettaq minħabba dan is-surplus. M’hemmx ċertezza li tifel ta’ 18-il sea jkun jaf min huma l-ġenituri tiegħu.

Dwar il-matching, Claudio Grech staqsa dwar il-proċedura kif se jingħażlu l-ġenituri għall-embrijuni bid-Deputat Prim Ministru wieġeb li se jkun hemm tqabbil tal-karatteristiċi fiżiċi, l-etniċità u l-kulur tal-ġilda. L-Oppożizzjoni ma taqbilx ma’ dan għax din hi selezzjoni u kienet tistenna li l-proċess ikun iktar dettaljat.

Id-Deputat Prim Ministru wieġeb li se tkun l-Awtorità li tagħmel dan il-proċess.

Id-deputat Nazzjonalsta Claudio Grech staqsa għaliex qed jitneħħa l-interess suprem tal-embrijun bl-Avukat Ġenerali Peter Grech qal li dan hu aspett vag. Id-deputat Prim Ministru qal li l-prinċipju wara dan l-aspett kien sostitwit b’paragrafu ieħor.

Il-kumitat jinsab aġġornat.