Investigazzjoni mill-uffiċjali tal-Pulizija stazzjoni tal-Belt Valletta wasslet biex ġew arrestati żewġ persuni.
L-arrestati huma żewġ nisa Bulgari, Neli Ilieva tfajla ta’ 24 sena u Rusanka Dimitrova Staneva 43 sena li kienu qed jiġu osservati fuq reati relatati ma’ pick pocketing sakemm ġew arrestati t-Tlieta.
L-arrest sar hekk kif iż-żewġ nisa nqabdu fil-fatt waqt li kienu qed jisirqu minn basket ta’ anzjana. Mill-istħarriġ irriżulta wkoll li fl-aħħar jiem kienu nvoluti f’sensiela ta’ reati simili fil-Belt Valletta hekk kif ġew segwiti deħlin u ħerġin f’numru ta’ ħwienet. Ġibdu wkoll €500 billi użaw credit card misruqa.
Huma tressqu l-Qorti fejn ammettew l-akkużi u ngħataw sentenza ta’ 18-il xahar ħabs. In-nisa ddikjaraw li spiċċaw jisirqu wara li terza persuna wegħdithom ix-xogħol, iżda baqgħu b’xejn u bla flus meta ġew f’pajjiżna.
Filwaqt li ddikjara li l-barranin huma kollha merħba bihom f’pajjiżna, il-Maġistrat Joe Mifsud wissihom li ħadd m’għandu dritt jabbuża mill-ospitalità tal-Maltin. Kien hawn li qal li jrid jintbagħat messaġġ u saħansitra ssuġġerixxa li jiġu ripatrijati meta jiskontaw is-sentenza.
Kien hawn li n-nisa nfexxew jofolqu hekk kif kienu qed jiġu skortati ‘l barra mill-awla.
//= $special ?>
