Saikine Manadou, priġunier ta’ 35 sena mill-Mali, tilef ħajtu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Għall-ħabta tat-7.45am, hu nstab bla ħajja fiċ-ċella tiegħu, fejn kien jinsab taħt arrest preventiv wara li kien akkużat li allegatament stupra anzjana ta’ 72 sena.
Il-kawża tal-mewt tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa, hekk kif mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija ma rriżulta l-ebda sinjal ta’ vjolenza fuq il-katavru tiegħu.
NETnews.com.mt jinsab infurmat li l-awtopsja fuq il-katavru ta’ Mandou se ssir għada.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-għassa Joe Mifsud, li qed imexxi Inkjesta assistit minn għadd ta’ esperti, filwaqt li aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>