Lokali

Anzjana tweġġa’ gravi wara li waqgħet mill-‘escalator’ fit-Terminal taċ-Ċirkewwa

Anzjana ta’ 71 sena minn Raħal Ġdid sofriet feriti gravi meta waqgħet waqt li kienet tiela’ ‘escalator’ fit-Terminal taċ-Ċirkewwa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15am meta l-anzjana kienet tiela’ l-‘escalator’ u għal xi raġuni, tilfet il-kontroll u waqgħet.

Fil-post issejħet Ambulanza b’tim mediku, li taha l-ewwel għajnuna. Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.