Lokali

FILMAT: Ħsara fir-rampa tal-MV Malita

Hekk kif f’dawn il-jiem eluf ta’ Maltin, Għawdxin u turisti qed jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer biex igawdu minn ‘long weekend’ grazzi għall-Festa tas-Sette Giugno, irriżultat ħsara fir-rampa tal-vapur MV Malita.

Il-ħsara rriżultat illum waranofsinhar, wara li l-karozzi tgħabbew mit-Terminal taċ-Ċirkewwa. Iżda mal-wasla fit-Terminal tal-Imġarr, ir-rampa ma setgħetx tinżel u kawża ta’ dan, il-vapur kellu jinħareġ ‘il barra mill-moll u jiddawwar bil-kontra ħalli l-karozzi jinżlu b’lura.

Dan ħoloq kaos fost il-passiġġieri u dewmien fis-servizz f’jiem daqstant impenjattivi għat-trasport bejn iż-żewġ gżejjer.