Lokali

FILMAT: Tgħix f’garaxx taħt l-art

Din hi l-istorja ta’ mara, li qed nirreferu għaliha bħala Marija, biex nipproteġu l-identità tagħha … mara li bħal ħafna oħrajn spiċċaw jgħixu f’garaxxijiet taħt l-art

Ħames snin ilu Marija ħarbet minn darha. Irnexxielha taħrab minn taħt idejn żewġha biex ħalliet warajha snin ta’ abbuż u vjolenza domestika.

Telqet b’ta’ fuqha senduqha, u minkejja li taħdem kemm tiflaħ biex tkun tista’ tgħix, spiċċat tgħix f’garaxx ta’ karozza, taħt l-art.

Matthew Mamo ltaqa’ magħha f’garaxx daqs gabuba, fejn iddur fejn iddur tolqot ma’ xi ħaġa, fejn minkejja li Marija tipprova tnaddaf kemm tiflaħ, taħkimha l-umdità esaġerata.

Tista’ ssegwi l-istorja kollha ta’ Marija fil-filmat.