Futbol Sport

FUTBOL TALJAN: Juventus jakkwistaw lil Douglas Costa

Douglas Costa

Kif kien mistenni, Juventus akkwistaw b’mod permanenti lill-winger Brażiljan Douglas Costa.

Huma kienu akkwistawh b’self is-sena li għaddiet mingħand Bayern Munich għas-somma ta’ sitt miljun ewro u issa dan sar plejer tagħhom wara li ħallsu 40 miljun ewro oħra.

Fl-istaġun li għadda Costa kellu wirjiet mill-aqwa u għen lit-tim jirbaħ il-kampjonat u l-Coppa Italia.

Velazquez kowċ ta’ Udinese
Udinese ħatru lil Julio Velazquez Santiago bħala l-kowċ tagħhom. Hu għad għandu 36 sena u fl-istaġun li għadda kien qed imexxi lil Alcorcon.

Velazquez se jkun qed jieħu post Igor Tudor li dam biss xahar imexxi lit-tim.

Maran kowċ ta’ Cagliari
Cagliari ħabbru li ħatru lil Rolando Maran bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. Maran iffirma kuntratt ta’ sentejn wara li lejn tmiem l-istaġun li għadda kien tkeċċa minn kowċ ta’ Chievo.

Dan minkejja li hu għen lit-tim isalva postu fis-Serie A hekk kif Chievo temmew fit-13-il post tal-klassifika.