Il-plejer tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Kyle Cesare se jkun jista’ jerġa’ jilgħab il-futbol.
Dan wara li l-UEFA laqgħet l-appell li hu kien għamel wara li kien ġie oriġinarjament sospiż għal għomru mill-futbol minħabba li kien involut f’każ ta’ korruzzjoni. Is-sospensjoni tnaqqset għal 10 snin.
Cesare, flimkien ma’ Emanuel Briffa, plejer ieħor tal-U21 kienu ġew sospiżi għal għomorhom wara li li nstabu ħatja li ppruvaw jimmanipulaw ir-riżultat ta’ żewġ partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2017.
Malta kienet lagħbet kontra l-Montenegro fit-23 ta’ Marzu tal-2016 filwaqt li sitt ijiem wara lagħbet kontra r-Repubblika Ċeka.
Erba’ plejers oħra kienu ngħataw sospensjonijiet differenti minħabba raġunijiet differenti.
Samir Arab ġie sospiż għal sentejn, Ryan Camenzuli għal sena u sitt xhur, Llywelyn Cremona għal sena u Luke Montebello għal sena. Mis-seba’ plejers investigati kien biss il-gowlkiper Matthew Calleja Cremona li ġie meħlus mill-akkużi kollha u b’hekk ma ntsabx ħati.
Iċ-Chairman tal-Bord kien Pedro Tomas ta’ Spanja filwaqt li l-avukat Charlene Grima ddefendiet lil Cesare. Kyle Cesare, permezz tal-avukat Grima, talab ukoll il-bażi tad-deċiżjoni meħuda.
//= $special ?>