In-negozjant Britanniku, Peter Stringfellow, li hu isem leġġendarju fil-qasam tan-nightclubs, miet fl-età ta’ 77 sena mill-marda tal-kanċer.
Stringfellow, imlaqqam ‘King of Clubs’ (Re tad-Diskoteki) fetaħ ħafna ċentri ta’ divertiment madwar id-dinja, u l-klabb ‘Stringfellows’, fil-West End ta’ Londra, kien jattira numru ta’ personalitajiet ċelebri.
Tul is-60 sena li dam fl-industrija tad-divertiment Peter Stringfellow kellu assoċjazzjonijiet mal-kantant-kitarrist mibki Jimi Hendrix, il-gruppi The Beatles u The Kinks, u ħafna kantanti oħra.
Kelliema qrib tiegħu qalu, intant, li Stringfellows Club, li jinsab f’Covent Garden, ‘qed ikompli jiftaħ, bħas-soltu’.
//= $special ?>