Internazzjonali

L-Afganistan: Imħabbar waqfien mill-ġlied temporanju

 

Il-Gvern tal-Afganistan ħabbar waqfien mill-ġlied temporanju mat-Taliban, iżda sostna wkoll li l-qawwiet tiegħu għandhom ikomplu jiġġieldu ma’ militanti oħra fil-pajjiż.

Il-President Afgan, Ashraf Ghani, qal li l-waqfien mill-ġlied, li se jdum sebat ijiem u li jidħol fis-seħħ mill-ġimgħa d-dieħla, għandu jikkoinċiedi mat-tmiem tar-Ramadan li hu x-xahar qaddis għall-Musulmani. Sadanittant, il-grupp tat-Taliban ma rreaġiex għall-istqarrija u wara li l-istess Talibani, il-ġimgħa l-oħra, ċaħdu li kienu involuti f’taħditiet sigrieti mal-uffiċjali tal-Gvern Afgan.

Mietu għexieren ta’ eluf ta’ Afgani mindu t-truppi barranin, taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti, keċċew lit-Taliban mill-poter (fl-Afganistan) fl-2001. Dan waqt li ma waslu mkien offerti preċedenti għal waqfien mill-ġlied u taħditiet għall-paċi.