Il-finali tal-kategorija tan-nisa tal-Open ta’ Franza tas-Sibt li ġej se tkun bejn Simona Halep u Sloane Stephens. Dan wara li huma rebħu s-semifinali rispettivi tagħhom.
Halep se tkun qed tilgħab għat-tielet darba fil-finali ta’ dan l-Open wara li rebħet kontra Muguruza. It-tennista mir-Rumanija rebħet bi skor ta’ 6-1, 6-4 biex issa għandha ċans tirbaħ l-ewwel Grand Slam fil-karriera tagħha.
Hi diġa’ tilfet tliet finali ta’ Grand Slams, tnejn minnhom ikunu l-Open ta’ Franza tal-2014 u tal-2017.
Minn naħa tagħha Stephens għelbet lil Madison Keys 6-4, 6-4. Din il-partita bejn żewġ tennisti Amerikani kienet ripetizzjoni tal-finali tal-US Open tas-sena li għaddiet fejn dakinhar Stephens ukoll kienet rebħet il-konfront.
//= $special ?>