Futbol Sport

Partita ta’ ħbiberija: Faċli għall-Ingliżi kontra l-Costa Rica

Rashford skurja gowl mill-isbaħ

Ingilterra……….2
Costa Rica………….0

Fl-aħħar logħba tagħhom qabel ma jibdew jilagħbu fit-Tazza tad-Dinja, l-Ingilterra rebħu 2-0 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Costa Rica.

F’din il-logħba għamel id-debutt tiegħu mal-Ingilterra d-difensur Alexander-Arnold filwaqt li anke l-gowlkiper Nick Pope għamel id-debutt tiegħu meta daħal bħala sostitut.

Kien fit-13-il minuta l-attakkant ta’ Manchester Utd RASHFORD sab ix-xibka b’gowl tal-istampi b’xutt minn barra l-kaxxa li għeleb lill-gowlkiper ta’ Real Madrid Keylor Navas. Kwarta mit-tmiem WELBECK issiġilla r-rebħa b’daqqa ta’ ras.

Din kienet it-tieni rebħa tal-Ingilterra fi spazju ta’ ftit jiem wara li għelbu lin-Niġerja.

L-Ingliżi jiftħu l-impenji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja bil-logħba tat-18 ta’ Ġunju kontra t-Tuneżija.