Raġel ta’ 35 sena li kien qed isuq mutur weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku ilbieraħ waranofsinhar fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi, meta għall-ħabta tal-5.30 ta’ waranofsinhar, seħħ l-inċident bejn il-mutur misjuq mir-raġel li joqgħod Ħaż-Żebbuġ u karozza tat-tip Volkswagen Polo – misjuqa minn mara ta’ 34 sena minn Ħal Balzan.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>