Bulgara ta’ 30 sena li tressqet quddiem il-Qorti wara li kienet arrestata ftit qabel ħalliet Malta baqgħet miżmuma arrestata wara li wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.
Mariyana Borisova kemm-il darba ġiet Malta qabel din id-darba u hu maħsub li kienet tiġi biex tisraq mill-bwiet (pickpocketing).
Kien grazzi għall-filmati ta’ CCTV li waslu biex il-pulizija identifikaw lil mara li kienet wettqet sensiela ta’ serqiet minn diversi lokalitajiet madwar Malta. Eventwalment kienet informazzjoni lill-pulizija li l-mara kienet se tħalli l-pajjiż li wassal għall-arrest fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Fost l-akkużi miġjuba kontriha kien hemm serq ta’ envelope bil-flus minn ġakketta f’ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq ir-Republika l-Belt. Serq ieħor kien jammonta għal serq ta’ kartiera. credit cards u dokumenti personali oħrajn minn mara fil-Mosta li eventwalment saret serqa ta’ 500 ewro minn ATM fil-Mosta stess.
Kien hemm akkużi oħra relatati ma serq simili f’partijiet oħra tal-gżejjer Maltin.
Borisova wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha. Jumejn ilu żewġ nisa Bugari oħrajn ammettew reati simili u ntbagħtu 18-il xahar ħabs.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna.
//= $special ?>
