Lokali

Folla kbira tilqa’ lil Emma Muscat

Għexieren ta’ nies ħanqu s-sala tal-wasliet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabiex laqgħu bi ħġarhom lill-kantanta Emma Muscat il-Ġimgħa tard waranofsinhar.

It-tfajla ta’ 18-il sena saħqet li kellha seba’ mitt sena sabiex tmur lura d-dar wara 6 xhur avventura fil-programm televiżiv Taljan, Amici.

Għalkemm Emma ġiet eliminata fis-semi finali tal-programm, hija xorta waħda ġiet offruta kuntratt mal-kumpanija prestiġjuża ta’ Warner Music.