Futbol Sport

FUTBOL LOKALI: Birkirkara l-aktar attivi fis-suq tat-trasferimenti

Birkirkara F.C. ħabbru l-akkwist tad-difensur Brażiljan Eduardo Dos Santos

Hekk kif bħalissa l-klabbs Maltin qed jaħdmu biex jakkwistaw aktar plejers l-aktar klabb attiv hu dak ta’ Birkirkara. Huma ikkonfermaw lill-midfielder Terence Agius li issa ngħaqad magħhom b’mod permanenti wara li beda l-esperjenza tiegħu mal-istripes b’self f’Jannar li għadda.

It-trasferiment seħħ wara li ntlaħaq ftehim ma’ Balzan. Agius, li għandu 24 sena, jiffirma kuntratt ta’ tliet snin. Barra minn hekk, il-midfielder Kroat Mislav Anđelković ġedded il-kuntratt bi staġun ieħor.
Birkirkara ħabbru wkoll li l-akkwist tad-difensur Brażiljan Eduardo Dos Santos.

Riċentament il-plejer, li għandu 22 sena, lagħab fil-Brażil ma’ Guarani Esporte Club, Sp Jabaquara u Ceará Sporting Club.