Iċ-champions tad-dinja, l-Ġermanja kisbu rebħa sofferta ta’ 2-1 kontra l-Arabja Sawdija f’partita ta’ ħbiberija qabel it-Tazza tad-Dinja. Wara biss tmien minuti l-Ġermaniżi fetħu l-iskor b’gowl ta’ Timo WERNER u żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima kollox kompla ġej tajjeb għalihom hekk kif Othman tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess biex b’hekk l-iskor sar dak ta’ 2-0.
Sitt minuti mit-tmiem AL-JASSIM naqqas id-distakk għall-Arabja Sawdija imma kien tard wisq biex dawn isalva draw. Minkejja din it-telfa din kienet wirja ferm pożittiva għall-Arabja Sawdija li ta’ min jiftakar kienu tilfu 8-0 kontra l-istess Ġermanja fit-Tazza tad-Dinja tal-2002.
Fatt interessanti hu li l-Ġermaniż Marco Reus beda mal-ewwel 11 għall-ewwel darba sa minn Marzu ta’ sentejn ilu u kellu prestazzjoni tajba.
//= $special ?>