Lokali

Insarrfu l-ideat tan-nies f’vuċi aktar b’saħħitha – Clyde Puli

Il-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom hekk kif il-Ħadd issir Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista bl-iskop li l-mezzi tax-xandir tal-Partit se jsaħħu il-vuċi tal-poplu.

F’intervista lil NET News, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, saħaq fuq l-importanza li n-nies joffru l-ideat tagħhom.

Matul dawn l-aħħar xhur, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jinfetaħ aktar biex jirrealizza dawn l-ideat u jilħaq l-aspettativa tan-nies.

Intant, fost l-inizjattivi waqt din il-maratorna se jkun il-mument meta l-Kap tal-PN, Adrian Delia, jiffirma kull maduma, replika tal-arma tal-Partit misjuba f’dar fl-Isla.

Din tista’ tinkiseb għal donazzjoni ta’ €50 li se tgħin biex il-Partit Nazzjonalista jħejji ruħu aħjar għall-isfidi li għandu quddiem tul is-sena li ġejja.

Is-Segretarju Ġenerali qal li għalhekk, bil-ġenerożità tagħhom, in-nies jistgħu jgħaddu l-messaġġ tagħhom.