BirdLife Malta kif nediet inizjattiva ġdida u innovattiva – bird adoption pack li jista’ faċilment jintuża biex jingħata bħala rigal fl-istess ħin li d-dħul kollu minnu se jgħin biex BirdLife Malta tkun tista’ tiffinanzja l-ħidma tagħha b’rabta mal-konservazzjoni u l-ħarsien tal-għasafar fil-Gżejjer Maltin.
Il-fondi li se jidħlu minn din l-iskema ġdida se jmorru għax-xogħol li twettaq l-eNGO biex tipproteġi l-għasafar ta’ Malta u l-ħabitats tagħhom, kif ukoll biex jiġi mħares l-ambjent ta’ Malta u Għawdex b’mod ġenerali.
L-adoption pack jinkludi print oriġinali ta’ pittura bil-watercolour, xogħol l-artist u voluntier ta’ BirdLife Malta Nimrod Mifsud. Aktar minn hekk, hemm tliet prints differenti li wieħed jista’ jagħżel minnhom u li juru tliet speċi difrerenti u popolari ta’ għasafar ta’ Malta
Minbarra l-print ta’ daqs A4, kull wieħed minn dawn il-bird adoption packs jinkludi wkoll ċertifikat ta’ adozzjoni li jista’ jiġi personalizzat, information sheet b’tagħrif dwar kull wieħed mit-tliet speċi li jistgħu jiġu adottati, aġġornamenti elettroniċi regolari dwar il-ħidma ta’ BirdLife Malta kull sitt xhur kif ukoll kopja diġitali tal-Bird’s Eye View, ir-rivista li toħroġ BirdLife Malta erba’ darbiet fis-sena għall-membri tagħha. Dan kollu għall-prezz ta’ €20 fis-sena!
Aktar dettalji dwar din l-aktar inizjattiva riċenti ta’ BirdLife Malta jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku ta’ BirdLife Malta.
//= $special ?>

