Kien hemm kaos fl-ivvjaġġar fl-Italja minħabba strajk nhar il-Ġimgħa mill-ħaddiema fis-settur tat-trasport. Dan kien jinvolvi kemm il-ħaddiema tat-trasport bl-art kif ukoll bl-ajru.
Minħabba f’hekk, kien hemm kaos f’diversi ajruporti ewlenin fl-Italja.
Is-Sibt u l-Ħadd mistennija aktar problemi fl-ivjaġġar bl-ajru għaliex se jkun hemm strajk mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fiċ-ċentru tal-kontroll ta’ Marsilja fi Franza.
Dan apparti li l-Ġimgħa kien hemm ukoll strajk mill-ħaddiema tal-ferrovija fi Franza.
Kaos fl-ivjaġġar bl-ajru u l-art fl-Ewropa


