Lokali

“Kien se jkollna traġedja oħra”

Siġra taqa' fuq trailer f'Ħ'Attard

Ftit tal-ħin ilu krollat siġra oħra, din id-darba fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard, hekk kif jidher illi din intlaqtet minn trailer.

Nies li kienu fil-post qalulna li “kienet evitata traġedja” minħabba li s-siġra ġiet fuq l-istess trailer u mhux fuq karozza.

Il-każ seħħ viċin iċ-ċimiterju ta’ Ħ’Attard fiz-zona fejn hemm l-ispeed camera.

Minħabba dan l-inċident, inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku fl-inħawi.

(Filmat: Raniero Borg)