Lokali

L-OASI qed tagħti kontribut kbir lis-soċjeta’ Għawdxija

Il-PN jappoġġja bis-sħiħ programmi ta’ għajnuna lil dawn il-persuni biex dawn jerġgħu jirriabilitaw mid-droga

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għamel żjara fil-bini tal-Fondazzjoni OASI. Fondazzjoni li tghin persuni bi problema tad-droga u dipendenza fuq ix-xorb alkoħoliku.

Fiż-żjara tiegħu f’din il-fondazzjoni il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kellu ċ-ċans jiltaqa’ kemm mal-istaff u anke l-persuni li qed jingħataw t-tratament għad-dipendenza taghħom. Fiż-żjara tiegħu Adrian Delia kellu l-opportunità li jifhem aħjar ix-xogħol li jitwettaq f’din il-fondazzjoni.

Il-fondazzjoni OASI ma tilqax biss persuni Għawdxin bi problemi ta’ dipendenza ta’ droga imma wkoll Maltin.

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia faħħar lill-ħaddiema kollha tal-fondazzjoni tal-kontribut kbir li jagħu bl-impenn tagħhom. Qal li l’hinn mill-politika u l-liġi dawn huma l-persuni li jitrattaw l-effetti reali tad-droga.

Saħaq li d-droga hi sitwazzjoni li waslet għal pjaga mhux biss għal dawk milquta direttament imma anke familjari u qraba tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja bis-sħiħ programmi ta’ għajnuna lil dawn il-persuni biex dawn jerġgħu jirriabilitaw fis-soċjetà.

Il-binja tal-OASI fir-Rabat Għawdex