Internazzjonali

Linja iebsa mill-Gvern tal-Awstrija kontra l-Islam politiku

Il-Gvern Awstrijak ħabbar li kien se jagħlaq seba’ moskej fil-pajjiż u kellu l-intenzjoni li jkeċċi numru ta’ Imam f’linja iebsa kontra l-Islam politiku u l-finanzjament barrani ta’ gruppi reliġjużi.
Il-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz qal li l-Gvern kien se jkun qed jagħlaq moskeja mmexxija minn grupp estremista Tork fil-kapitali Vjenna kif ukoll ixolji grupp li jissejjaħ l-Komunita Reliġjuża Għarbija li tmexxi sitt moskej.
Herbert Kickl, il-Ministru tal-Intern Awstrijak, qal ukoll li kien se jkun irtirat il-permess ta’ residenza ta’ 40 imam. Hu qal ukoll li kien hemm ħames Imam oħra li kellhom it-talba tagħhom għal permess ta’ residenza rifjutata.
Reċentament il-Gvern Awstrijak ħabbar li ma kienx se jkun permess aktar li t-tfal bniet fil-kindergarten u l-iskejjel elementari jkomplu jilbsu l-velu.
Fl-Awstrija, pajjiż ta’ 8.8 miljun persuna hu stmat li hemm 600,000 Musulman fil-maġġoranza Torok jew ta’ nisel Tork.