Internazzjonali

Miet il-kok famuż Amerikan Anthony Bourdain

Anthony Bourdain

Tħabbret il-mewt tal-kok magħruf Amerikan Anthony Bourdain f’eta ta’ 61 sena. Is-suspetti ewlenin tal-Pulizija huma li l-kawża kienet suwiċidju. Hu instab mejjet fil-kamra tal-lukanda tiegħu fi Strasburgu fi Franza.

Hu kien fi Franza għas-serje televiżiva tiegħu Parts Unknown fuq is-CNN.

Bourdain kien wiċċ familjari fuq il-programmi internazzjonali dwar l-ikel kif ukoll awtur ta’ diversi ‘best sellers’.