Sport Sport Ieħor

MOTOGP: Jorge Lorenzo jiffirma mal-Honda

Jorge Lorenzo

Il-Honda ħabbru li akkwistaw lis-sewwieq Jorge Lorenzo u dan se jkun qed jieħu Dani Pedrosa li ħalla lit-tim. Lorenzo, ekschampion tad-dinja ffirma kuntratt ta’ sentejn u b’hekk se jkun qed itemm esperjenza ta’ sentejn mat-tim tad-Ducati.

Hu se jkun qed isuq flimkien ma’ Marc Marquez. Ta’ min jinnota li Marquez u Lorenzo huma l-aħħar żewġ sewwieqa sa mill-2012 ‘l hawn li rebħu l-kampjonat.

B’hekk wieħed jista’ jimmaġina l-qawwa tat-tim tal-Honda fl-istaġun li ġej.

Minn naħa tiegħu Pedrosa se jkun qed iħalli lill-Honda wara 13-il sena magħhom. F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm spekulazzjonijiet li Lorenzo kien se jingħaqad mal-Yamaha imma minflok għażel li jiffirma mal-Honda.