Sport Sport Ieħor

TAZZA TAD-DINJA TAL-ISPARAR: Jidħlu fl-azzjoni l-irġiel Maltin

Illum fir-Range Nazzjonali tal-isparar f’Ta’ Kandja saret it-tieni ġurnata tal-ħames stadju tat-Tazza tad-Dinja ISSF, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-isparar.

Wara li fl-ewwel ġurnata u matul in-nofs ta’ nhar talbieraħ bdiet u tkompliet l-iskeet tan-nisa, ingħata wkoll bidu għall-kompetizzjoni skeet tal-irġiel.

Fl-azzjoni l-ewwel tiraturi kien hemm Maltin fejn fl-ewwel prova Darren Vella temm fis-66 post wara li laqat 21 plattina. Marlon Attard temm l-ewwel serje fis-96 post meta laqat 17 u tliet postijiet warajh Bozhdar Vasilev Dimitrov li wkoll laqat 17 Fl-MQS Jason Sciberras laqat 20 plattina filwaqt li Marcello Attard laqat 17.

Is-Sibt titkompla l-kompetizzjoni fejn isiru magħrufa wkoll dawk li kkwalifikaw għall-eventwali finali.