Maltija kisbet unur għal pajjiżna fejn tidħol l-arti tad-dwiefer. Dan hekk kif fl-aħħar jiem, Romina Micallef McCairn irnexxielha tikseb żewġ midalji tad-deheb fil-kompetizzjoni Nailympia li għaliha jieħdu sehem aktar minn 100 parteċipant minn madwar id-dinja.
Micallef McCairn li ilha taħdem fis-settur ta’ sbuħija tad-dwiefer għal dawn l-aħħar 15-il sena, irnexxielha tikseb midalja tad-deheb fil-kategorija ta’ “Stiletto Nail Art” li huma dwiefer twal għal ponta – liema kategorija hija waħda intiża speċifikament għall-arti li tista tiġi maħluqa fi spazju daqstant żgħir, kif ukoll ġiet l-ewwel fil-kategorija “French Twist” li huwa dwiefer twal ħafna.
Din il-kompetizzjoni saret f’Ruma fejn Romina Micallef McCairn ikkompetiet ma’ tekniċi tad-dwiefer li ġejjin mill-Brażil, l-Awstralja, r-Russja, l-Portugal, l-Isvizzera, il-Korea, il-Ġermanja, Spanja u l-Italja fost l-oħrajn.
//= $special ?>