Lokali

Trakk jolqot ajruplan tal-Air Malta

Illum waranofsinhar ajurplan tal-Air Malta ntlaqat minn trakk ta’ kuntrattur fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija l-Air Malta spjegat li kawża tal-inċident jista’ jkun li jiġu affetwati xi titjiriet.

Filwaqt li l-ajruplan qed jiġi spezzjonat mill-inġeniera tal-Air Malta biex tiġi evalwata l-ħsara, allegatament t-trakk huwa ta’ kuntrattur tal-catering.