Lokali

ŻEWĠ INĊIDENTI F’SAGĦTEJN: Tnejn fil-periklu tal-mewt; wieħed minnhom sewwieq ta’ mutur

Arkivji
Dwar iż-żewġ inċidenti għadhom għaddejin l-investigazzjonijiet

Raġel weġġa’ gravi wara li għal raġuni tilef kontroll tal-mutur li kien qed isuq fil-Marsa. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija ftit wara s-7:30pm fi Triq Aldo Moro.

Ir-raġel hu Belġjan ta’ 51 sena li jgħix Marsaskala. Flimkien miegħu kien hemm mara Belġjana tal-istess età.

Il-Belġjan ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li l-mara weġgħet ħafif.

Hu kien qed isuq mutur tat-tip Piaggio.

Intant, ilbieraħ ukoll, raġel ta’ 26 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Tal-Pietà.

L-inċidenti seħħ għall-ħabta tal-10.35pm fi Triq l-Indipendenza.

Ir-raġel, li huwa barrani u jgħix l-Imsida, intlaqat minn vann Isuzu Dmax misjuq minn raġel ta’ 26 sena miż-Żurrieq.

Fiż-żewġ każi, infetħu nkjesti mmexxija mill-Maġistrat Grazio Mercieca.