Lokali

Il-Kuntistabbli Simon Schembri rilaxxat mill-Isptar Mater Dei

Il-Kuntistabbli Simon Schembri ħareġ mill-Isptar Mater Dei u ntbagħat lura d-dar għalkemm fadallu quddiemu snin ta’ terapija biex jirkupra għalkollox mill-ġrieħi serji li sofra kawża tal-aggressjoni fil-15 ta’ Mejju li għadda.

L-aħbar toħroġ wara li fi tmiem Mejju, hu ġie rilaxxat mill-ITU.

Kienu xeni emozzjonanti dawk li akkumpanjaw lill-Kuntistabbli hekk kif ħareġ mill-bieb tal-Isptar. Hemm hu sab lill-kollegi tiegħu mis-Sezzjoni tat-Traffiku jistennewh, fost kommossjoni u ċapċip.