Żagħżugħ Tork ta’ 22 sena tilef ħajtu mal-wasla fl-Isptar Mater Dei wara li nqabad f’makkinarju abbord bastiment, li kien madwar 24 mil nawtiku ‘l barra mill-Ponta ta’ San Dimitri, f’Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm, b’ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta u tim mediku jintbagħtu fuq il-bastiment. Dwar il-każ infetħet Inkjesta mill-Maġistrat tal-għassa Grazio Mercieca, li ħatar diversi esperti biex jassistuh.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>