Lokali

Jinżamm arrestat wara li kisser vettura permezz ta’ ħadida

Serb li għamel ħsara fuq vettura privata tat-tip Suzuki inżamm arrestat wara li nqabad mill-Pulizija fil-fatt, armat b’ħadida f’idu.

Il-każ seħħ fl-aħħar sigħat, fi Triq Tobruk, f’Pembroke.

B’dan l-aħħar reat, Vladimir Stankovic kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu għal każ preċedenti.

Filfatt f’April tas-sena li għaddiet Stankovic ma kienx ingħata l-ħelsien mill-arrest, minħabba biża’ li seta’ jaħrab minn Malta, wara li nqabad fil-pussess ta’ taħlita ta’ drogi, li aktarx ma kinux għall-użu esklussiv tiegħu. Instabulu d-droga kokaina, ir-reżina tal-kannabis kif ukoll il-ketamina fost drogi oħra.

Kien akkużat li lagħab mal-passaport tiegħu u ffalsifika dokumenti oħra biex ikun jista’ jibqa’ Malta.

Quddiem il-Qorti, il-Prosekuzzjoni ma laqgħet it-talba għal-ħelsien mill-arrest fid-dawl li kiser il-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest u li hu riċediv.