Lokali Qorti

Sentenza ta’ ħabs u multa wara li nqabad bil-pussess tal-kannabis

Libjan li nqabad fil-pusses tal-kannabis, ingħata sentenza ta’ sena u xahrejn ħabs kif ukoll multa ta’ €1,500.

Il-Libjan kien arrestat mill-Pulizija fi Triq Dragonra, San Ġiljan, il-Ġimgħa waranofsinhar, bil-Libjan jaffaċċja wkoll akkużi li kellu d-droga qrib post frekwentat miż-żgħażagħ.

Quddiem il-Qorti, il-Libjan li ilu f’pajjiżna għall-aħħar sitt snin, ma tax post fiss ta’ residenza u ddikjara wkoll li b’mod okkażjonali jagħmel xogħol ta’ tiswija.

Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Grazio Mercieca kkundannah għall-ħabs iżda għaddielu wkoll messaġġ biex jipprova jitgħallem xi sengħa fiż-żmien li jdum il-ħabs biex b’hekk jirriforma ruħu u jibni futur għalih.