Filmat ippublikat onlajn wera żewġt irġiel itellqu ż-żwiemel sfaċċatament fil-Bypass tal-Imrieħel, qalb it-traffiku. Ta’ min jinnota li din hi waħda mill-iktar toroq ewlenin fejn isir sewqan, tant li l-limitu ta’ veloċità hu wkoll il-limitu nazzjonali, ta’ 80 kilometru fis-siegħa.
Il-każ seħħ kmieni dalgħdu hekk kif raġel, li ġibed il-filmat waqt li kien qed isuq wara ż-żewġt iżwiemel, esprima l-istagħġib tiegħu għal dak li kien qiegħed jara quddiem għajnejh.
Ta’ min wieħed jinnota li din hija prattika llegali – fejn mhux biss tkun qed tipperikola ħajjet iż-żiemel u ta’ min ikun qiegħed isuqu, iżda wkoll ta’ persuni oħrajn li jkunu fit-triq.
Fil-filmat jidher ċar sewwieq ta’ mutur li nqabad f’nofs it-tellieqa llegali, fejn li kieku wieħed mill-bhejjem sfratta l-konsegwenzi setgħu jkunu ferm agħar.
Filmat: MDT
//= $special ?>

