Vettura privata, tat-tip Ford Fiesta, inqalbet wara impatt li seħħ ma’ arblu li jinsab fuq il-bankina bejn il-bypass ta’ Birkirkara u Triq Monsinjur Carmello Zammit, qrib l-Università ta’ Malta.
Mal-impatt, il-vettura nqalbet u tkaxkret għal diversi metri sakemm waqfet f’żewġ vetturi oħra li kienu ipparkjata fi Triq Monsinjur Carmello Zammit. Apparti li saret ħsara fil-faċċata tar-residenza, waħda mill-vetturi pparkjati, tat-tip Smart, ġarrbet ħsarat sostanzjali.
Fuq il-post, ftit wara l-inċident li seħħ għall-ħabta tal-16:00, intbagħtu l-uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll ambulanza, għalkemm fortunatament ħadd weġġa’.
Filmat: Christal Pistininzi
//= $special ?>