Lokali

Il-PN jista’ jibqa’ jiddefendi d-demokrazija

Ftit wara s-2:00PM infeħet il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Saħħaħ il-Vuċi Tiegħek’ mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli f’għeluq l-20 sena mill-inawgurazzjoni ta’ Net Television. Fi kliem Clyde Puli din il-maratona qed tfakkar anniversarju importanti ħafna għax permezz ta’ dan l-istazzjon il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni importanti tal-1998.

Clye Puli semma’ kif il-finanzjament tal-Partit Nazzjonalista isir mid-donazzjonijiet tal-poplu, u permezz ta’ dawn id-donazzjonijiet, il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jibqa’ jiddefendi d-demokrazija.

Hu fakkar kif is-sena d-dieħla f’pajjiżna se jkollna l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew, u għalhekk il-Partit għandu bżonn finanzjament biex jibqa’ jsemmi l-vuċi tiegħu biex ikun il-Gvern ġdid.