Raġel ta’ 56 sena qed isofri minn xi ġrieħi ħfief hekk kif għall-ħabta tal-4:50AM kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera.
Għal xi raġuni, ir-raġel li hu residenti l-Belt tilef il-kontroll tal-karozza, laqat it-traffic lights u laqat parti mill-akwidott fi Triq il-Kbira San Ġużepp, viċin il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera.
Il-karozza tat-tip Renault Megane li kienet qed tinstaq mir-raġel ġarrbet ħsarat fil-parti ta’ quddiem.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti lill-persuna medikament u biex jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Issejħu ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ineħħu kull periklu minħabba xi żejt li seta’ nfirex fit-triq. Ġew konsultati ukoll uffiċjali tal-Enemalta biex ikun ikkonfermat li m’hemmx periklu minħabba li ntlaqtu t-traffic lights.
Aktar dettalji hekk kif jidħlulna.
//= $special ?>