Wayne Camilleri, ġuvni ta’ 25 sena minn Ħal Tarxien ma ngħatax ħelsien mill-arrest. Dan wara li ġie akkużat li seraq ġiżirani tad-deheb li kellhom m’għonqhom erba’ anzjani f’Raħal Ġdid li għandhom 66 sena, 77 sena, 78 sena u 86 sena.
Camilleri wieġeb ħati tal-akkużi u d-difiża tiegħu talbet għall-ħelsien mill-arrest sakemm isir rapport qabel tingħata s-sentenza. Minkejja dan, il-Qorti ma laqgħatx it-talba.
Il-kawża għas-sentenza ġiet deferita għall-25 ta’ Ġunju.
//= $special ?>