Fid-dawl tad-dibattitu li qam dwar il-proġett fuq l-art tal-Provinċja Agostinjana Maltija f’San Ġiljan, il-Provinċja ħarġet stqarrija li fiha stqarret li l-iżvilupp ta’ din l-art li kien ilha snin abbandunati se jservi biex issaħħaħ il-ħidma tagħha f’pajjiżna.
Il-Provincjal jirreferi wkoll ghal numru ta’ inizjattivi bhall-investiment f’pannelli fotovoltajici ghall-erba’ kunventi tal-provincja. Dan minbarra kullegg b’settur primarju u sekondarju li jilqa’ fih 825 student, binja li hija uzata bhala Dar tat-Tfal, appogg kontinwu lil diversi Opri Missjunarji u bosta inizjattivi religjuzi u socjali fosthom f’Paceville stess.
Il-Provinċja qalet li l-medda tal-art tinkludi kunvent, kappella u biċċa art li ilha snin twal mhux użata bil-Provinċja tħoss il-ħtieġa li din l-art tkun żviluppata.
Fl-istqarrija l-Provinċjal tal-Agostinjani Patri Leslie Gatt qal li wara li numru ta’ żviluppaturi urew interess biex jixtru l-art, il-Provinċja bdiet tikkunsidra l-possibilità li tirreġenera l-art filwaqt li tassigura li l-kunvent u l-kappella jkunu valutati u jibqgħu jservu l-għan pastorali tagħhom.
Il-Provinċja Agostinjana laħqet ftehim ta’ kera, u mhux bejgħ ta’ art, għal żmien determinat ma’ Baystreet Holdings Ltd li bdew il-proċess għall-permessi meħtieġa għax-xogħlijiet li jinkludu r-restawr tal-binjiet tal-kunvent u l-kappella u l-bini ta’ parkeġġ taħt l-art li jaġevola l-użu tal-istess kappella u kunvent u jtaffi l-problema tal-parkeġġ fiz-zona.
Dan minbarra li iktar minn nofs l-ispazju ‘l fuq il-livell tal-art se jibqa’ spazju miftuħ quddiem il-kunvent.
Il-Provinċja Agostinjana qalet li d-dħul minn din il-kirja tul is-snin għandu jgħin lill-Provinċja biex tkompli tinvesti fl-impenn reliġjuż, soċjali u edukattiv tagħha kif ukoll fiż-żamma ta’ diversi binjiet storiċi li huma parti mill-patrimonju ta’ pajjiżna.
Fl-istqarrija l-Provinċjal tal-Agostinjani Patri Leslie Gatt qal li l-Provinċja laqgħet it-talba tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent biex issir taf iktar dwar il-proġett.
Il-Provinċjal jirreferi wkoll għal numru ta’ inizjattivi bħall-investiment f’pannelli fotovoltajiċi għall-erba’ kunventi tal-provinċja. Dan minbarra kulleġġ b’settur primarju u sekondarju li jilqa’ fih 825 student, binja li hija użata bħala Dar tat-Tfal, appoġġ kontinwu lil diversi Opri Missjunarji u bosta inizjattivi reliġjużi u soċjali fosthom f’Paceville stess.
//= $special ?>
