Lokali

“L-interess nazzjonali jiġi l-ewwel u qabel kollox – Malta għandha żżomm soda” – Adrian Delia

“L-interess nazzjonali jiġi l-ewwel u qabel kollox u Malta għandha żżomm soda u ferma sabiex tħares dak li hu l-interess nazzjonali tagħna”. Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt il-Maratona ġbir ta’ Fondi “Saħħaħ il-Vuċi Tiegħek” wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini għalaq il-portijiet kollha fl-Italja.

Dan hekk kif Salvini għadda messaġġ lil Malta wara deċiżjoni bla preċedent: “Malta trid taċċetta s-629 immigranti salvati fl-aħħar ħin. Il-Port tagħkom huwa l-aktar sigur f’dan il-mument.”

Adrian Delia spjega li flimkien mat-tim tiegħu qiegħed isewgi bir-reqqa l-andament tas-sitwazzjoni barra minn xtutna sabiex isegwu pass pass x’qiegħed jiġri bejn Malta u l-Italja.

Intant Salvini wissa’ li l-portijiet Taljani se jibqgħu magħluqa sakemm l-awtoritajiet Maltin jibqgħu jirrifjutaw li jaċċettaw l-immigranti salvati qrib pajjiżna.