Il-Ministeru tas-Saħħa m’għandux jippretendi li l-uffiċċju tal-Ombudsman jirrikorri għand il-Ġudikatura biex jingħata informazzjoni li l-Ministeru huwa legalment marbut li jagħti.
Dan kien kliem l-Ombudsman f’rapport li ppubblika din il-ġimgħa, rapport bi kliem pjuttost iebes fil-konfront tal-Ministeru tas-Saħħa dwar il-fatt li l-Ministeru mmexxi minn Chris Fearne m’għaddiex il-kuntratt sħiħ bejn il-Gvern u l-VGH lill-Kummissarju tas-Saħħa, kuntratt li hu ta’ interess pubbliku.
Għaldaqstant, l-Ombudsman wissa’ lill-Ministeru tas-Saħħa u fakkar kif il-Gvern hu obbligat li juri rispett lejh u li r-rikjesti tiegħu jingħataw attenzjoni.
Dan fid-dawl tal-fatt li meta l-Ministeru kien mitlub jgħaddi kopji tal-kuntratti li saru mal-VGH, il-Ministeru għadda kopji li kellhom partijiet jew saħansitra paġni sħaħ iċċensurati.
Minħabba f’hekk, il-Kummissarju tas-Saħħa Charles Messina li hu appuntat mill-Ombudsman ma setax ikompli l-investigazzjoni preliminari li kien beda fil-kuntratt għall-konċessjoni tal-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
//= $special ?>