Qorti

Ma tingħatax ħelsien mill-arrest

Antonella Vella ta’ 33 sena ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest wara li kienet kompliċi f’serqa ta’ vann mimli għodda.

Minkejja li talbet għal bail u qalet li hi ma taħdimx u tieħu ħsieb lil ommha anzjana li hi nieqsa mid-dawl, it-talba tagħha ma ġietx milqugħa peress li l-Maġistrat Anthony Vella qal li m’offrietx biżżejjed garanziji skont il-liġi.

Vella qed tiġi akkużata wkoll li kisret diversi kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ każi preċedenti.

Għada se jitressaq il-Qorti r-raġel ta’ 40 sena li nqabad iħott l-għodda mill-vann flimkien ma’ Vella minn pulizija li kien off duty.